maltese province
  • news
  • Updated today Friday, July 20, 2001 at 22:38

  •  Mons. Robert Camilleri ofm isqof awziljarju gdid fil-Honduras
  • MALTA

  • Ghadu kemm gie mhabbar ufficjalment mis-Sante Sede li l-Qdusija Tieghu Papa Gwanni Pawlu II hatar lil Fra Robert Camilleri OFM bhala isqof awziljarju tad-Djocesi ta' Tegucigalpa, l-Belt Kapitali tal-Honduras. Fra Robert huwa wiehed mill-Patrijiet Minuri Maltin missjunarju fil-Honduras.

    Huwa gie maghzul bhala isqof awziljarju tal-Kardinal Oscar Andrés Rodriguez. L-Ordinazzjoni episkopali tieghu ser issir nhar il-festa ta' Santa Marija, 15 t'Awissu fil-Basilika ta' Nuestra Señora de Suyapa, Padruna tal-Honduras. Ghall-konsagrazzjoni tieghu ser ikunu prezenti n-Nunzju Apostoliku fil-Honduras, Mons. George Panikulam, l-Kardinal Oscar Andrés Rodriguez u l-isqfijiet kollha tal-Konferenza Episkopali tal-Honduras, li huma tliet Salezjani, tliet Frangiskani, Claretjan (Kongregazzjoni ta' San Antonio Maria Claret) u wiehed tal-PIME (Sacerdoti tal-Missjonijiet ta' Barra).

    Fra Robert twieled fl-24 t'April 1951 gewwa l-Hamrun minn John u Marianne nee` Azzopardi, il-hames wiehed minn ghaxart ahwa, sebgha subien u tliet ibniet. Fil-familja hemm sacerdot iehor Frangiskan, Fra Raymond Camilleri OFM u wahda minn hutu bniet hija Soru Dumnikana.

    Fra Robert dahal fl-Ordni Frangiskan fid-29 ta' Ottubru 1967. Dakinhar inghata l-libsa tal-Patrijiet Minuri fil-Knisja tal-Madonna tas-Sacro Cuor tas-Sliema u beda s-sena tan-novizzjat fil-kunvent ta' Sant'Antnin, l-Imgarr Ghawdex. Wara n-novizzjat kompla l-kors tal-filosofija u teologija fil-Kunvent tar-Rabat u f'Gerusalem. Fit-8 ta' Dicembru 1972 ghamel il-Professjoni Solenni fejn wieghed li jghix il-voti tal-faqar, kastità u ubbidjenza. Gie ordnat djaknu fil-25 t'Awissu 1974 mill-isqof awziljarju Mons. Emanuel Galea u fis-29 ta' Gunju 1975 gie ordnat sacerdot f'Ruma mil-Qdusija tieghu l-Papa Pawlu VI.

    Lura Malta sar surmast tan-Novizzi fil-kunvent t'Ghawdex. Dam f'din il-hidma ghal tliet snin minn fejn intbaghat fid-Dar ta' l-Irtiri l-Porziuncola imbaghad talab lill-Ministru General u lill-Ministru Provincjal biex imur fil-missjoni. Wara li inghata dan il-permess huwa mar fil-missjoni tal-Honduras, fl-Amerika Centrali f'Awissu tas-sena 1979. Hadem bhala vici-Kappillan u mbaghad kappillan fil-Parrocca ta' La Libertad fejn dam sa Novembru tas-sena 1992. Minn hemm intbaghat kappillan fil-parrocca ta' El Calvario f'Comayaguela.

    Hadem bis-shih biex inbnew diversi knejjes, djar ghall-foqra, centri ta' katekizmu u ta' rikreazzjoni. Fl-1994 gie nominat bhala l-President tal-Fundazzjoni li hija marbuta mal-Provincja Frangiskana Amerikana ta' New York. Kien ukoll l-amministratur generali tal-Istitut San Francisco sa mill-1995.

    cyber logo footer
    Please fill in our Guest book form - Thank you for supporting us!
    Created / Updated Friday, July 20, 2001 at 22:38:22 by John Abela ofm
    This page is best viewed with Netscape at 640x480x67Hz - Space by courtesy of Christus Rex
    logo logo